Aqra u rrispondi l-mistoqsijiet
Il-Proċess tal-Ħobża
Ingredjenti:
- Dqiq
- Ilma
- Melħ Ohxon
- Ħmira
(Uri Flashcards 1, 2, 3, 4 għall-ingredjenti)
Metodu:
1. Il-furnar jixħet fil-magna id-dqiq, il-ħmira, il-melħ u fl-aħħar l-ilma.
2. Wara jibda t-tilwit ta’ l-għagina bil-magna jew bil-bajla.
3. Meta l-għagina tibda tinkorma, jigifieri tibda tagħqad, jerga’ jiżdied l-ilrna biex h’hekk l-għagna ma tixxottax.
4. Wara t-tilwit, l-għagna tinqala’ u tintefa’ fil-kaxxa. Hawn iħalluha tisrieħ u jqalbuha għal xi tliet darbiet.
5. Wara dan kollu l-furnar iqatta’ l-għagna għerka għerka u jitfagħha fil-mejjilla biex tistrieħ għal xi siegħa.
6. Biex l-għagina tkun tajba waqt li tkun qed tistrieħ jgħattuha b’luna jew b’xi xkejjer jew b’xi lożor jew saħansitra bil-kutri fix-xitwa.
7. Sakemm l-għagina tkun qed tistrieħ, il-furnar ikun diġa kebbes in-nar fil-forn.
8. Wara li titħalla tistrieħ ghal xi siegħa biex titla’ jew tintefaħ jew topra, l-għaġġien iqalleb l-għagina u jxammarha tul il-kaxxa jew il-mejjilla li tkun fiha.
9. X’ħin il-furnar jidhirlu li l-għagina tkun lesta biex tinħadem, jibda jaqtagħha għerka għerka u minn ġol-mejjilla jġorrha għal fuq il-mejda.
10. Imbagħad l-għagna tibda titqatta’ skond id-daqs tal-ħobz, tintiżen u titkebbeb.
11. Wara l-furnar idaħħal il-ħobz fil-forn bil-pala u jqiegħdu triq triq wara xulxin sa wara l-bieba.
12. Wara xi tliet kwarti ta’ ħami, il-furnar jiftaħ il-bieba biex jittawwal lill-ħobz. Jekk jidhirlu li jkun hemm xi ħobz misjur, il-ħabbiez jibda joħorgu. Jibqa jagħmel dan sakemm joħrog il-ħobz kollu mill-forn lest biex jinbiegh.
Issa li taf kif isir il-ħobz irrispondi dawn il-mistoqsijiet:















